搜索
热搜: music
门户 Culture Language view content

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010

2015-7-11 23:09| view publisher: amanda| views: 4358| wiki(57883.com) 0 : 0

description: It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 kienet id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Ġie skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' ...
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 kienet id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Ġie skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010 fl-Afrika t'Isfel. Din kienet l-ewwel darba li l-kampjonat ġie ospitat minn pajjiż Afrikan, wara li l-Afrika t'Isfel għelbet fl-isfida finali lill-"kuġini" tagħha Afrikani tal-Eġittu u l-Marokk sabiex jospitaw l-edizzjoni. Dan wassal biex il-konfederazzjoni Oċeanika tal-futbol tkun l-unika konfederazzjoni li għadha ma żammitx edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Tnejn u tletin tim ġew magħżula sabiex jipparteċipaw meta kkwalifikaw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2007. Fl-ewwel rawnd it-timijiet ikkompetew flimkien fi gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed, bl-aqwa żewġ timijiet jaqtgħu l-passaġġ għall-fażi suċċessiva. Is-sittax-il tim javvanzaw għall-fażi eliminatorja li tinkludi tliet rawnd li fl-aħħar jiddeterminaw l-aħħar żewġ timijiet li jikkontestaw il-finali.

Spanja rebħu dan it-turnew, fejn fil-finali, iċ-ċampjins Ewropej għelbu lit-tim Olandiż fil-ħin barrani bl-iskor ta' 1–0, gowl li wasal minn Andrés Iniesta. Dan kien l-ewwel titlu mondjali għat-tim Spanjol. L-Italja kienet qed tiddefendi t-titlu li kisbet fl-edizzjoni preċedenti, iżda falliet hekk kif inqalgħet fil-fażi eliminatorja.

L-għażla tal-ospitu

L-Afrika ġiet magħżula bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja 2010 bħala parti minn politika ġdida li tikkonsisti fir-rotazzjoni ta' dan l-avveniment bejn il-konfederazzjonijiet tal-futbol (idea li ġiet abbandunata f'Ottubru tal-2007). Ħames pajjiżi Afrikani għamlu offerta biex jospitaw l-edizzjoni tal-2010 tat-Tazza tad-Dinja:

    Eġittu Eġittu
    Libja Libja / Tuneżija Tuneżija (pjan ta' ospitu kollettiv)
    Marokk Marokk
    Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel

Minħabba d-deċiżjoni suċċessiva tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA biex il-kampjonat ma jiġix ospitat minn żewġ pajjiżi, it-Tuneżija irtirat il-kandidatura tagħha. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li ma jaċċettax lil-Libja bħala ospitu minħabba li ma laħqitx il-kriterji uffiċjali.

Wara rawnd ta' voti, l-offerta rebbieħa ġiet mħabbra mill-president tal-FIFA Sepp Blatter waqt konferenza stampa fil-15 ta' Mejju 2004, f'Żurigu. L-Afrika t'Isfel ingħatat id-dritt li tospita dan it-turnew, fejn għelbet l-isfida tal-Marokk u l-Eġittu.[1]
Riżultati
Pajjiż     Voti
Bandiera tal-Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel     14
Bandiera tal-Marokk Marokk     10
Bandiera tal-Eġittu Eġittu     0

    Tuneżija Tuneżija – irtirat fit-8 ta' Mejju 2004 wara li żewġ ospiti ma kinux aċċettati
    Libja Libja – l-offerta ġiet irrifjutata: il-kandidatura ma laħqitx il-kriterji u l-ospitu bejn żewġ pajjiżi ma kienx aċċettat

Għajdut ta' ospitu ġdid

Diversi għajdut ċċirkulaw f'sorsi varji tal-aħbarijiet li kienu jsostnu li t-Tazza tad-Dinja 2010 tista' ssir f'pajjiż ieħor.[2][3] Xi nies, fosthom Franz Beckenbauer, Horst R. Schmidt u, anki, xi eżekuttivi tal-FIFA, esprimew id-dubji tagħhom fuq il-pjan, l-organizzazzjoni u ż-żmien ta' preparazzjoni tal-AFrika t'Isfel. Madanakollu, l-uffiċjali tal-FIFA komplew isostnu li se jkomplu jagħtu s-sosten tagħhom lill-Afrika t'Isfel, u stqarrew li l-avveniment mhux se jitmexxa lejn pajjiż ieħor, bil-president tal-FIFA Sepp Blatter kompla jsostni li t-Tazza tad-Dinja 2010 se ssir fl-Afrika t'Isfel.[4] Blatter stqarr li hemm pjan ta' kontinġenza biex it-Tazza tad-Dinja issir x'imkien ieħor imma dan ikun f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, u li t-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja kellha wkoll pjan ta' kontinġenza simili.[5]

Minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-FIFA li l-avveniment jitmexxa biss f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, xi għajdut kompla jiċċirkula dwar il-possibilità ta' ospitu ġdid. Dan l-għajdut kollu ġie kkritikat mid-deputat Ministru tal-Finanzi tal-Afrika t'Isfel Jabu Moleketi, fejn qal li dan l-għajdut sar biex ipoġġi dehra negattiva għall-Afrika t'Isfel u l-Afrika.[6]
Kwalifikazzjoni
Searchtool.svg Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.

Bħala l-pajjiż ospitu, l-Afrika t'Isfel awtomatikament irċieva post fil-fażi finali. Madanakollu, l-Afrika t'Isfel xorta waħda ħadet sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni minħabba li dawn iservu wkoll bħala turnew ta' kwalifika għat-Tazza Afrikana 2010. Din hi l-ewwel darba mill-1934 li ospitu tat-Tazza tad-Dinja, ipparteċipa xorta waħda fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja. Bħat-turnew preċedenti, iċ-ċampjins renjanti tal-Italja, ma ngħatawx aċċess awtomatiku għall-fażi finali.

Il-poloz għall-fażi preliminarja ttellgħu f'Durban, fl-Afrika t'Isfel, fil-25 ta' Novembru 2007.
Timijiet kwalifikati

It-32 tim segwenti kkwalifikaw għall-fażi finali tal-kompetizzjoni.

AFC (4)

    Flag of Australia.svg Awstralja
    Flag of Japan.svg Ġappun
    Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq
    Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel

CAF (6)

    Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel (ospiti)
    Flag of Algeria.svg Alġerija
    Flag of Ghana.svg Gana
    Flag of Cameroon.svg Kamerun
    Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju
    Flag of Nigeria.svg Niġerja

    

CONCACAF (3)

    Flag of Honduras.svg Ħonduras
    Flag of Mexico.svg Messiku
    Flag of the United States.svg Stati Uniti

CONMEBOL (5)

    Flag of Argentina.svg Arġentina
    Flag of Brazil.svg Brażil
    Flag of Chile.svg Ċili
    Flag of Paraguay.svg Paragwaj
    Flag of Uruguay.svg Urugwaj

OFC (1)

    Flag of New Zealand.svg New Zealand

    

UEFA (13)

    Flag of Denmark.svg Danimarka
    Flag of England.svg Ingilterra
    Flag of France.svg Franza
    Flag of Germany.svg Ġermanja
    Flag of Greece.svg Greċja
    Flag of Italy.svg Italja
    Flag of the Netherlands.svg Olanda
    Flag of Portugal.svg Portugall
    Flag of Serbia.svg Serbja
    Flag of Slovakia.svg Slovakkja
    Flag of Slovenia.svg Slovenja
    Flag of Spain.svg Spanja
    Flag of Switzerland.svg Żvizzera

    
Timijiet kwalifikati kuluriti bl-aħdar. Għal-Leġġenda għal żoni oħra, ara hawnhekk.

Din hija l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ma rat lil ebda tim jikkwalifikaw għall-ewwel darba, minkejja li tnejn minn dawk li kkwalifikaw (is-Slovakkja u s-Serbja) preċedentament kienu dehru f'isem żewġ pajjiżi oħra. Is-Slovakkja kienu ħadu sehem taħt l-isem taċ-Ċekoslovakkja, waqt li s-Serbja kkompetew bħala parti mill-Jugożlavja u tas-Serbja u Montenegro. Fiż-żewġ każi, il-FIFA ikkunsidrat liż-żewġ timijiet bħala l-eredi tar-rekords tal-pajjiżi li kienu jappartjenu għalihom qabel.
Kontroversji fil-kwalifikazzjoni

Kontroversja nqalgħet fuq il-partiti ta' kwalifika bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-Kosta Rika u l-Urugwaj, u l-Eġittu u l-Alġerija f'Novembru 2009.

Fit-tieni leg tal-play-off bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-kaptan ta' Franza Thierry Henry lagħab il-ballun b'idu f'azzjoni li wasslet għall-gowl tal-pari għall-Franċiżi, mingħajr ma kien jaf ir-referi.[7] L-inċident qajjem dibattitu sħun fuq kif il-partiti għandhom jiġu mmexxija fl-ogħla livell. Il-FIFA irrifjutat ir-rikjesta min-naħa tal-Federazzjoni tal-futbol Irlandiża sabiex tirrepeti l-logħba, waqt li aktar tard kien hemm rikjesta sabiex l-Irlanda tkun it-33 tim fit-Tazza tad-Dinja, rikjesta li aktar tard ġiet imwaqqha. Il-Kosta Rika qajmet ilment fuq il-gowl tal-Urugwaj fil-logħba ta' spareġġ tal-CONMEBOL-CONCACAF li ta r-rebħa lis-Sud-Amerikani,[8] waqt li l-aħħar partita bejn l-Eġittu u l-Aġerija kienet imdawwra minn rapporti fuq problemi fost il-partitarji.

Bħala tweġiba għall-inċidenti li nqalgħu matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni u fuq kontroversja ta' tixħim fil-futbol, nhar it-2 ta' Diċembru 2009, il-FIFA sejħet laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekuttiv. Wara l-laqgħa, il-FIFA ħabbret kienu se jagħmlu inkjesta fuq it-teknoloġija u uffiċjali żejda fil-partiti, però ma ħabbrux li kienu se jintroduċu l-assistenti mal-linji tal-gowls kif kienet diġà adottata fl-Europa League, u minflok kompla jiġi misħuq li l-kompetizzjoni fl-Afrika t'Isfel se tkun immexxiha bħal qabel, b'referi wieħed, żewġ assistenti, u r-raba' uffiċċjal.[9] Fuq is-suġġett dwar il-logħob rett, il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr:

    “ Nappella lil kull plejer u kowċ sabiex josserva l-logħob rett. Fl-2010 iridu nuru li l-futbol imur 'il hemm minn sempliċi daqqiet ta' ballun imma għandu valur soċjali u kulturali...Għalhekk nistaqsu lill-plejers sabiex 'jekk jogħġobkom osservaw il-logħob rett' sabiex inkunu eżempju lill-kumplament tad-dinja. ”
    —President tal-FIFA Sepp Blatter

Stadji

Fl-2005, l-organizzaturi ħarġu lista proviżorja tat-tlettax-il stadju li se jintużaw għat-Tazza tad-Dinja: Bloemfontein, Cape Town, Durban, Johannesburg (żewġ impjanti), Kimberley, Nelspruit, Orkney, Polokwane, Port Elizabeth, Pretorja (żewġ impjanti), u Rustenburg. Dan in-numru tnaqqas għal għaxra[10] li kienu uffiċjalment mħabbra fis-17 ta' Marzu 2006 mill-FIFA:
Rustenburg     Pretorja     Polokwane     Nelspruit
Royal Bafokeng Stadium
Kapaċità: 44,530     Loftus Versfeld Stadium
Kapaċità: 49,365     Peter Mokaba Stadium
Kapaċità: 45,264     Mbombela Stadium
Kapaċità: 43,589
L-istadju Royal Bafokeng f'Rustenburg     L-istadju Loftus Versfeld f'Pretorja     L-istadju Peter Mokaba f'Polokwane     L-istadju Mbombela f'Nelspruit
Johannesburg     
Mappa tal-Afrika t'Isfel
    Johannesburg
Soccer City
Kapaċità: 94,700     Ellis Park Stadium
Kapaċità: 62,567
    L-istadju Ellis Park f'Johannesburg
Cape Town     Port Elizabeth     Bloemfontein     Durban
Free State Stadium
Kapaċità: 45,058     Moses Mabhida Stadium
Kapaċità: 69,957     Green Point
Kapaċità: 66,005     Nelson Mandela Bay Stadium
Kapaċità: 46,082
L-istadju Free State f'Cape Town     L-istadju Moses Mabhida f'Durban     L-istadju Green Point f'Cape Town     L-istadju Nelson Mandela Bay f'Port Elizabeth
Preparamenti

Ħames stadji ġodda ġew mibnija għal dan il-kampjonat, u ħamsa minn dawk li diġà jeżistu ġew estiżi. L-ispiża totali tal-kostruzzjoni se tkun madwar R8.4 biljun.[11]

Minbarra l-ħidma fuq l-istadji l-ġodda li nbnew u dawk li tranġaw, l-Afrika t'Isfel ħdamet biex ittejjeb l-infrastruttura preżenti tat-trasport pubbliku, u biex timplimenta miżuri speċjali sabiex tassigura s-sigurtà u s-saħħa tan-nies lokali u t-turisti internazzjonali li jkunu qed jattendu għall-partiti, skont il-kriterji tal-FIFA.[12]

Il-mod ta' kif ġew effetwati dawn il-preparamenti, intlaqa' minn rispons qawwi mill-FIFA, fejn deher li kienu lesti sabiex jospitaw ġewwa pajjiżhom wieħed mill-ikbar avvenimenti sportivi li huwa segwit b'tant fervur minn miljuni ta' nies.[13]
Sorteġġ tal-gruppi

Il-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA approvat il-proċedura għat-tlugħ finali tal-gruppi nhar it-2 ta' Diċembru 2009. It-timijiet ġew maqsuma f'erba' urni differenti, bl-aqwa seba' timijiet skont il-klassifika mondjali tal-FIFA ta' Ottubru 2009 flimkien mal-ospitanti tal-Afrika t'Isfel jitqgħedu fl-ewwel urna. Il-kumitat approva wkoll kif se jkunu magħmula l-urni l-oħra. It-tieni urna kienet komposta mill-Asja, l-Oċeanja, u l-Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew. It-tielet urna kienet tikkonsisti minn timijiet mill-Afrika u l-Amerika t'Isfel, u r-raba' urna bil-kumplament tat-timijiet Ewropej.

L-Afrika t'Isfel awtomatikament tqegħdu f'A1; is-seba' timijiet l-oħra mill-ewwel urna ġew pożizzjonati f'numru 1 tal-gruppi l-oħra B-H. Il-gruppi ġew mtella' minn A sa H, u l-pożizzjonijiet fil-grupp ġew mtella' għal Urna 2 sa 4. Il-kriterju ġeografiku ġie rispettat, jiġifieri li l-ebda tim mill-istess konfederazzjoni ma jista' jiġi fi grupp ma' tim ieħor mill-istess konfederazzjoni, ħlief għat-timijiet Ewropej li seta' jkun hemm massimu ta' tnejn fi grupp. L-Afrika t'Isfel ma setgħetx tiġi mniżżla mat-timijeit Afrika mill-Urna 3 u l-Arġentina u l-Brażil ma setgħux jiġu mtella' kontra l-kumplament tat-tliet timijiet miż-Żona tal-Amerika t'Isfel. L-ewwel żewġ timijiet Afrikani li ttellgħu minn Urna 3 daħlu mal-Arġentina u l-Brażil.[14]
Urna 1     Urna 2     Urna 3     Urna 4

Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel
Flag of Brazil.svg Brażil
Flag of Spain.svg Spanja
Flag of the Netherlands.svg Olanda
Flag of Italy.svg Italja
Flag of Germany.svg Ġermanja
Flag of Argentina.svg Arġentina
Flag of England.svg Ingilterra
    

Flag of Australia.svg Awstralja
Flag of Japan.svg Ġappun
Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq
Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel
Flag of Honduras.svg Ħonduras
Flag of Mexico.svg Messiku
Flag of the United States.svg Stati Uniti
Flag of New Zealand.svg New Zealand
    

Flag of Algeria.svg Alġerija
Flag of Cameroon.svg Kamerun
Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju
Flag of Ghana.svg Gana
Flag of Nigeria.svg Niġerja
Flag of Chile.svg Ċili
Flag of Paraguay.svg Paragwaj
Flag of Uruguay.svg Urugwaj
    

Flag of Denmark.svg Danimarka
Flag of France.svg Franza
Flag of Greece.svg Greċja
Flag of Portugal.svg Portugall
Flag of Serbia.svg Serbja
Flag of Slovakia.svg Slovakkja
Flag of Slovenia.svg Slovenja
Flag of Switzerland.svg Żvizzera

It-tlugħ tal-poloz saru f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel fis-19:00 (UTC+2) nhar l-4 ta' Diċembru 2009. Iċ-ċerimonja ġiet preżentata mill-attriċi Sud-Afrikana Charlize Theron, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jérôme Valcke. Numru ta' figuri sportivi taw sehemhom fit-tlugħ tal-poloz għall-gruppi.[15]
Grupp A     Grupp B     Grupp Ċ     Grupp D
Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel     Flag of Argentina.svg Arġentina     Flag of England.svg Ingilterra     Flag of Germany.svg Ġermanja
Flag of Mexico.svg Messiku     Flag of Nigeria.svg Niġerja     Flag of the United States.svg Stati Uniti     Flag of Australia.svg Awstralja
Flag of Uruguay.svg Urugwaj     Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel     Flag of Algeria.svg Alġerija     Flag of Serbia.svg Serbja
Flag of France.svg Franza     Flag of Greece.svg Greċja     Flag of Slovenia.svg Slovenja     Flag of Ghana.svg Gana
Grupp E     Grupp F     Grupp Ġ     Grupp H
Flag of the Netherlands.svg Olanda     Flag of Italy.svg Italja     Flag of Brazil.svg Brażil     Flag of Spain.svg Spanja
Flag of Denmark.svg Danimarka     Flag of Paraguay.svg Paragwaj     Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq     Flag of Switzerland.svg Żvizzera
Flag of Japan.svg Ġappun     Flag of New Zealand.svg New Zealand     Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju     Flag of Honduras.svg Ħonduras
Flag of Cameroon.svg Kamerun     Flag of Slovakia.svg Slovakkja     Flag of Portugal.svg Portugall     Flag of Chile.svg Ċili
Referis

AFC
    Arabja Sawdija Khalil Al Ghamdi
    Użbekistan Ravshan Irmatov
    Malażja Subkhiddin Mohd Salleh
    Ġappun Yuichi Nishimura

CAF
    Mali Koman Coulibaly
    Afrika t'Isfel Jerome Damon
    Seychelles Eddy Maillet

CONCACAF
    El Salvador Joel Aguilar
    Messiku Benito Archundia
    Gwatemala Carlos Batres
    Messiku Marco Antonio Rodríguez

CONMEBOL
    Arġentina Héctor Baldassi
    Urugwaj Jorge Larrionda
    Ċili Pablo Pozo
    Kolombja Óscar Ruiz
    Brażil Carlos Eugênio Simon
    Urugwaj Martín Vázquez

    

OFC
    New Zealand Michael Hester
    New Zealand Peter O'Leary

UEFA
    Portugall Olegário Benquerença
    Żvizzera Massimo Busacca
    Belġju Frank De Bleeckere
    Żvezja Martin Hansson
    Ungerija Viktor Kassai
    Franza Stéphane Lannoy
    Italja Roberto Rosetti
    Ġermanja Wolfgang Stark
    Spanja Alberto Undiano Mallenco
    Ingilterra Howard Webb

Skeda

Il-ħinijiet kollha huma UTC+2.
Fażi tal-gruppi

Fit-tabelli segwenti:

    L = total ta' logħob li ntlagħbu
    R = total ta' rebħiet
    P = total ta' pari
    T = total ta' telfiet
    GF = total ta' gowls skurjati (favur)
    GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
    DG = differenza ta' gowls (GF–GK)
    Pti = total ta' punti akkumulati

It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.
Leġġenda għall-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
    Timijiet li avvanzaw għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax

Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi

Għat-turnew tat-Tazza tad-Dinja, il-FIFA iddeċidiet sett ta' kriterji sabiex tidentifika kull pożizzjoni fil-grupp ta' kull tim fil-fażi tal-gruppi.[16]

    l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti kollha tal-grupp;
    differenza ta' gowls fil-partiti kollha tal-grupp;
    l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;
    l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
    differenza ta' gowls mill-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
    l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
    tlugħ tax-xorti mill-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA.

About us|Jobs|Help|Disclaimer|Advertising services|Contact us|Sign in|Website map|Search|

GMT+8, 2015-9-11 20:13 , Processed in 0.194792 second(s), 16 queries .

57883.com service for you! X3.1

返回顶部